Ħejjejnielkom episodju ieħor dwar il-lingwa u l-inklużjoni, din id-darba b'rabta mal-komunità queer. Fost il-mistiedna hemm Tyrone Grima, kittieb u fundatur ta' Drachma Malta. Gabi Calleja, attivista magħrufa sew fil-qasam tad-drittijiet LGBTIQ, se taqsam magħna xi ħsibijiet dwar l-użu tal-lingwa u r-rappreżentazzjoni tal-karattri f'xogħlijiet letterarji b'rabta m'ilsienna. L-aħħar mistieden huwa Romario Sciberras, student tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta li kien fuq id-Dean's List u li qed jikteb teżi dwar il-letteratura u l-komunità queer.
| Name | Type | Role | |
|---|---|---|---|
| Kit Azzopardi | Writer | ||
| Gabi Calleja | Guest Star | ||
| Tyrone Grima | Guest Star | ||
| Romario Sciberras | Guest Star | ||
| Alan Paul Mizzi | Director | ||
| Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
| Dorothy Bezzina | Crew | ||
| Nadine Falzon | Crew | ||
| Jorje Bosios | Crew |