Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn l-imprtanza tat-tagħlim tal-Malti lill-barranin, speċjalment f'kuntest fejn l-ammont ta' ħaddiema barranin qed jiżdied. Fost il-kelliema tagħna, se jkollna lil Phyllisienne Gauci, esperta fit-tagħlim tal-lingwi barranin. Għal darb'oħra, Walid Nabhan se jkun wieħed mill-mistiedna tagħna. Walid se jaqsam magħna l-esperjenza tiegħu bħala "barrani," illum ta' ġewwa, li tgħallem sew ilsienna tant li rebaħ premji prestiġjużi bih. Yana Psaila hija poetessa Russa-Maltija. Yana wkoll tgħallmet il-Malti bħala adulta, tant li saħansitra tikteb bih!
| Name | Type | Role | |
|---|---|---|---|
| Kit Azzopardi | Writer | ||
| Phyllisienne Gauci | Guest Star | ||
| Walid Nabhan | Guest Star | ||
| Yana Psaila | Guest Star | ||
| Alan Paul Mizzi | Director | ||
| Nadine Falzon | Crew | ||
| Jorje Bosios | Crew | ||
| Daniela Attard Bezzina | Crew | ||
| Mariele Zammit | Crew |